kompli bil-Malti
continue in English

min jien?
life coaching
hypnotherapy
il-workshops
x'qalu l-klienti



Tajjeb
 li tkun taf

X'inhu l-Life Coaching?

L-istess bħalma jiġri fl-isport, il-Life Coach huwa l-persuna li jgħin lil ħaddieħor jiżviluppa biex jilħaq l-għola potenzjal tiegħu, cioe' biex isir l-aħjar li jista’ jsir.

Mela l-kowċ jgħinek  tilħaq l-għola livell  ta’ kapaċita’ ... imma f’dan il-każ, fil-ħajja!

     


Il-Life Coaching mhux l-istess bħall-Counseling,
u lanqas bħall-Psikoterapija (psychotherapy)


Filwaqt li l-Life Coaching jagħtik l-għodda biex tevita jew issolvi sitwazzjonijiet diffiċli f’Ħajtek, madankollu mhux maħsub biex ‘ifejjaq’ u ċerti kundizzjonijiet jeħtieġu l-għajnuna ta’ professjonalista tas-saħħa mentali.


L-Ipnoterapija (hypnotherapy) hija terapija (therapy)

Veru li l-prinċipji bażiċi u ċerti metodi huma l-istess, pero’ l-Ipnoterapija mhix l-istess bħall-Ipnożi li jintuża fuq il-Palk.

Filwaqt li Stage Hypnosis jintuża għad-divertiment, l-Ipnoterapija, jew Hypnotherapy, hija intiżha biex tgħin iġġib il-bidla għall-klient.


Kulħadd jista' jkun Ipnotiżżat?

Iva, sakemm ikun irid.

Pero' ... waqt li kulħadd jista' jidħol fi stat ta' Ipnożi (hypnosis), għax dan huwa stat naturali (li nidħlu fih ilkoll u kuljum), hemm min ifixkel il-proċess hu stess billi ma jimxix mal-istruzzjonijiet sempliċi. Altrimenti jaħdem.




Għal aktar informazzjoni dwar servizzi partikolari żur il-links li jidhru aktar 'il-fuq.

il-courses
attivitajiet
it-trainer
rizorsi online
ikkuntattjani


termini u kundizzjonijiet japplikaw

Life Coaching Malta
Steve Farrugia   |   steve@lifecoachingmalta.com   |   tel: (+356) 999 87 65 2